Il-protezzjoni tal-minuri


  • Fi tmiem is-summit dwar il-protezzjoni tal-minuri fil-Knisja, il-Papa Franġisku saħaq fuq tmien punti li l-Knisja għandha tiffoka dwarhom fil-"ġlieda fuq kull livell kontra l-abbużi tal-minuri".  Fi kliem il-Papa “ninsabu quddiem problema universali u ta’ kulħadd li b’xorti ħażina niltaqgħu magħha kullimkien”. It-tminn linji gwida huma:

    1. Bidla fil-mentalità sabiex jiġu mħarsa t-tfal milli tiġi mħarsa l-istituzzjoni.
    2. Rikonoxximent tas-serjetà impekkabbli tad-"dnubiet u l-atti kriminali tal-persuni kkonsagrati".
    3. Purifikazzjoni vera li tibda billi “nsewwu n-nuqqasijiet tagħna u nixlu lilna nfusna”.
    4. Formazzjoni pożittiva tal-kandidati għas-saċerdozju li tiġbor fiha l-virtù tal-kastità.
    5. It-tisħiħ u r-reviżjoni tal-linji gwida tal-konferenzi episkopali u l-affermazzjoni mill-ġdid tar-“regoli”.
    6. L-akkumpanjament tal-persuni li ġew b’enfasi fuq is-smigħ tal-ġrieħi tagħhom.
    7. Jiġi żgurat li l-pajjiżi u l-awtoritajiet jieħdu miżuri online sabiex jillimitaw il-websajts li qed jheddu d-dinjità tal-bniedem, tal-mara u tat-tfal.
    8. Jiġi miġġieled it-turiżmu sesswali madwar id-dinja.

    Agħfas hawn biex taqra d-diskors sħiħ tal-Papa Franġisku.

    1



Filmati fuq YouTube