Nagħtu kont ta’ għemilna

  • Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġiljan, l-Arċisqof Charles J. Scicluna tkellem fuq diversi punti importanti li jolqtu lin-nies direttament.
    Fuq l-ambjent, l-Arċisqof staqsa kemm qed nieħdu ħsieb l-ibħra, il-kampanja u l-patrimonju urbanistiku tal-pajjiż, li qed jiġi mkisser minħabba l-kilba għall-flus. Talab lill-Awtoritajiet biex jiddeċiedu fuq l-issues li jolqtu lil Maltin illum, milli jgħerru lilhom infushom bin-nostalġija tal-passat. 
    L-Arċisqof irrifletta kif San Ġiljan, vittma tal-għawi, spiċċa biex qatel l-istess ġenituri tiegħu. Huwa wissa sabiex il-Maltin joqgħodu attenti biex il-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali, bl-internet u l-blogs, ma jintużawx għal skop ta’ tixwix jew biex wieħed jgħawwi kontra persuna oħra. “Min qed jagħmel hekk, irid jagħti kont quddiem Alla” sostna l-Arċisqof. Il-ħniena u l-ħajja ta’ dejjem tinkiseb meta wieħed ikun karitattiv fi kliemu u mġibtu u li jiddispjaċih minn dnubietu. Segwi x’qal l-Arċisqof billi tagħfas hawn.

    Church School Entry

    To access the regulations for admission into Church schools click here. For any queries please call 27790060 or 27790077 or send an email to admissions@maltadiocese.org