Parroċċa tas-Swatar
Informazzjoni dwar il-Parroċċa
Kappillan: Dun Robert Grech
Numru ta’ Residenti fil-Parroċċa: 4,169
Numru ta’ Residenzi fil-Parroċċa: 1,600
Iż-Żoni magħrufa bħala s-Swatar u Tal-Qattus kienu jiffurmaw parti mill-parroċċa ta’ Birkirkara – Sant’Elena. Peress li dawn iż-żoni kienu bdew jiżviluppaw ġmielhom, inħass il-bżonn li jiżdied is-servizz pastorali għalihom. Fl-1989, il-Kanonku Dun Karm Busuttil beda jiċċelebra l-quddiesa fiċ-Ċentru tal-MUSEUM u f’xi djar sakemm tlesta ċ-Ċentru Pastorali. Fl-2004 tlestiet il-knisja u, b’digriet tat-3 ta’ Diċembru 2006, is-Swatar sar żona pastorali awtonoma. Mons. Arċisqof Pawl Cremona O.P. stabbilixxa ż-żona awtonoma tas-Swatar bħala parroċċa taħt it-titolu ta’ San Ġorġ Preca, b’seħħ mit-8 ta’ Novembru 2008.

Dettalji tal-Kappillan

Isem: Dun Robert Grech
Numru: 99236639
Uffiċċju Parrokkjali
Indirizz tal-Uffiċċju
Knisja Parrokkjali, Triq il-Graffiti Navali
Is-Swatar BKR 4121
Ħinijiet tal-Uffiċċju
It-Tlieta u l-Ġimgħa:
5.00pm – 6.15pm
Numru tal-Uffiċċju: 21498757
Email tal-Uffiċċju: parrocca.swatar@maltadiocese.org