• The Railway Man

  • ****

    Direttur:          Jonathan Teplitzky
    Atturi:             Colin Firth, Nicole Kidman, Jeremy Irvine, Stellan Skarsgard, Sam Reid, Hiroyuki Sanada, Tanroh Ishida u Marta Dusseldorp
    Ħin tal-film:    116 min.
    Maħruġ minn KRS Film Distributors
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 15
     
    Eric Lomax, ġunvi ta’ 21 sena, fl-aħħar Gwerra Dinjija jsib ruħu bħala inġinier fl-armata Ngliża li fil-bidu ta’ t-Tieni Gwerra Dinjija kienet tokkupa Singapore sakemm il-Ġappuniżi ġagħlu l-armata ta ‘l fuq minn tmenin elf suldat iċedu u jispiċċaw bħala pruġinieri tal-gwerra taħt l-Ġappuniżi. Il-bidu tal-film jeħodna ġewwa Berwick-Upon-Tweed fl-Ingilterra fejn Lomax jiltaqa’ ma’ Patti fuq tren u f’qasir żmien ma jdumx ma jagħmilha l-mara tiegħu. Iżda l-passat u l-esperjenza ta’ Lomax bħala pruġinier tal-gwerra kienu jiġru warajh. Patti minnaħa tagħha tagħmel hilitha kollha biex tipprova toħroġ lil żewġha minn qagħda psikoloġika li kienet qegħda tagħmel iż-żwieġ tagħhom tant diffiċli. Patti jirnexxielha tagħmel kuntatt ma’ Finlay, sieħeb Lomax fil-gwerra li jtiha ħjiel ta’ minn xhiex kien għadda Lomax u kemm fil-fatt ġie torturat għaliex inqabad mill-Ġappuniżi li fil-pussess tiegħu kellu radju u  akkuzawh li kien qiegħed jittrasmetti  u li għalhekk kien qiegħed jgħin l-għadu tagħhom. Lomax għal xejn jipprova li dak li kellu ma kienx ħlief risiver,  iżda kien kollu għal xejn. Lomax għadda minn martirju sħiħ.  Finlay ukoll jinforma lil Patti li dak li kien wara t-torturi, kien għadu ħaj u kien qiegħed jaħdem bħala gwida fl-istess post fejn Lomax u sħabu kienu miżmuma bħala priġinieri tal-gwerra.  Dan il-Ġappuniż  kien Nagasse li fiż-żmien il-gwerra kien żagħżugħ bħal Lomax u kien jagħmel parti mill- Armata Imperjali Ġappuniża. Kien wiċċ dan l-uffiċjal Ġappuniż li kien qiegħed  jitfa’ lil Lomax f’qagħda psikoloġika u li kien qiegħed jaqtgħawh mir-realta`. Tgħid Lomax, biex jeħles minn din il-qagħda, jara kif jagħmel u jmur biex jagħmel vendetta minn dak li kien tant ittratah ħażin.

    ​Film interessanti ħafna, msejjes fuq storja vera u maħdum b’sengħa kbira b’zewġ atturi, Colin Firth u Nicole Kidman jispikkaw fir-rowl tagħhom fil-film b’ħila kbira. Għalkemm il-film għandu xeni qawwija ta’ vjolenza, kif ukoll torturi ħorox, iżda fih ukoll aspett pożittiv. Minħabba t-tema tal-film kif ukoll vjolenza, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu l-ħmistax–il sena.