• Delivery Man

  • ***

    Direttur:        Ken Scott
    Atturi:            Vince Vaughn, Chris Pratt, Coble Smudders, Andrzej Blumenfeld
    Ħin:                101 minuti.
     
    Klassifika taċ-Ċensura:  12A
    Klassifika tal-Knisja: 15
     
    Dave Wozniak huwa qalbu tajba imma immatur u jgħix ħajja monotona, jaħdem fin-negozju tal-laħam tal-familja; xogħlu hu li jwassal il-laħam lil klijenti. Biex jispekula fil-finanzi ssellef il-flus mill-idejn u issa għandu dejn ta’ 80,000 dollaru ma’ bniedem li jsellef u dan qed jafsu biex iħallas dejnhu. Għal xi żmien ittraskura lit-tfajla tiegħu Emma, u issa jsir jaf li hi tqila bit-tarbija tiegħu. Għoxrin sena ilu Dave kien qala’ xi flus billi biħ aktar minn 600 kampjun ta’ l-isperma tiegħu lil klinika tal-fertilita’. Issa jsir jaf li b’riżultat ta’ dak huwa l-missier bioloġiku ta’ aktar minn 500 tifel u tifla, u aktar minn 140 minnhom fetħu kawża biex ikun jafu min hu missierhom. Filwaqt li l-avukat tiegħu, li hu l-aqwa ħabib tiegħu wkoll, qed jaħdem biex il-kawża taqa’, Dave qed ifittex li jsir jaf lil xi whud minnhom bil-moħbi billi jagħmila ta’ stranġier li jipprova jgħinhom. B’hekk isir jaf, fost oħrajn, lil Kristen, żgħażugħa fuq id-droga u bla sold, u lil Josh li kontra qalbu qed jaħdem f’Bar u  li qed jispira li jsir attur, kif ukoll lil Brian li għandu diżabilita’ serja u qiegħed f’wheelchair.
     
    Film drammatiku u kummiedja li juri l-frustrazzjoni tat-tfal li jitwieldu bl-inseminazzjoni artifiċjali u li ma jkunux jafu min hu missierhom. Il-film seta’ jkun ferm aħjar imma jibqa’ wisq superfiċjali. Fih xi kliem ħażin u kontenut sesswali. Jgħodd għal dawk li għalqu l-15 il-sena.