ST GORG PRECA STATUE UNVEILED

Statwa ta' San Gorg Preca

Nhar il-Ħamis, 17 ta’ Diċembru 2009, wara Quddiesa ta' Radd il-Ħajr immexxija mill-Arċisqof Pawlu Cremona OP,  ġiet inawgurata l-istatwa l-ġdida ta' San Ġorġ Preca, fil-Knisja Parrokkjali ddedikata lil San Gejtanu, l-Ħamrun.  F'din il-Knisja Dun Ġorġ għex bħala tifel u qeda lill-Poplu ta' Alla bħala saċerdot.  L-istatwa tpoġġiet fil-post fejn Dun Ġorġ kien iqarar.  L-istatwa tal-bronz tal-iskultur Malta Ġanni Bonnici saret f’Caggiati, ġewwa Parma, l-Italja.

Il-Kappillan tal-Ħamrun, Dun Henry Balzan, rringrazzja mill-qalb lill-benefatturi kollha li qal, għamlu din il-ħolma possibbli. Hu wera l-fehma li għalkemm Dun Ġorġ ma kienx ikun jixtieq monumenti, u lanqas għandu bzonnhom, il-Poplu Ħamruniz juri l-gratitudni tiegħu lejħ u jibqa' jfakkru għal dejjem.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinkisbu mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: info@photocityonline.com

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.