• Bħal kull sena, ma’ tmiem sena skolastika, id-Direttorat tal-Edukazzjoni fi ħdan is-Segretarjat tal-Edukazzjoni nisranija jorganizza tlett ijiem ta’ taħriġ għall-Kindergarten Assistants kif ukoll learning support assistants fl-iskejjel kindergarten tal-Knisja.

    Din is-sena dan il-kors sar fl-iskola St. Anġela, f’Tas-Sliema, u attendew għalih madwar sebgħin participanta mill-iskejjel St. Anġela, Teresa Nuzzo, St. Francis, St. Monica, St. Joseph u anke St. Tereża, u l-Konservatorju t’Għawdex.

    • Għal din is-sena, l-għan kien li l- KGA’s u LSA’s ikollhom kemm jista jkun kuntatti m’aġenziji li jipprovdu servizzi ta’ sapport fl-iskejjel, ikunu jistgħu jimirħu f’attivitajiet aktar krejattivi u nteressanti għat-tfal ta’ din l-eta’ hekk żgħira u fl-istess ħin iwessgħu l-firxa ta’ kuntatti biex jiġbdu lejn l-iskejjel servizzi utli. Kien ukoll intiż biex il-partiċipanti mhux biss jisimgħu imma wkoll jipparteċipaw. Allura kien hemm numru ta’ sessjonijiet li ma sarux fil-klassijiet imma fil-bitħa tal-iskola St. Patrick’s.

  • Matul dawn it-tliet ijiem, saru nterventi minn Birdlife Malta, biex sa miċ-ċokon irawmu fit-tfal sens ta’ responsabbilta’ lejn l-ambjent Malti, u Special Olympics Malta, bil-għan li jnissel fit-tfal imħabba lejn l-isport. Dan anke biex nimxu mal-aħħar direttivi anke min-naħa tad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni biex uliedna jitħarrġu aktar fl-isport u biex nikkumbattu l-obeżita’.

    • Grazzi għal dan l-intervent minn voluntiera mħarrġa apposta, wieħed seta’ wkoll jagħraf kif jista’ joħloq attivitajiet li huma komuni kemm ghal studenti fil-mainstream kif ukoll dawk bi bżonnijiet partikulari. Ta’ nteress partikulari kien ukoll l-intervent ta’ waħda mill-għalliema li wara li ngħatat taħriġ mill-Kunsill Nazzjonali ghax-Xjenza u Teknoloġija, qasmet l-esperjenzi tagħha ma’sħabha u tat hafna idejat krejattivi dwar kif jistgħu jimplimentaw it-tagħlim tax-xjenza ma’ tfal ta’ eta’ hekk żgħira.

  • Dawn il-jiem ta’ tahriġ inkludew ukoll sessjoni mal-Literacy Support Teachers kif ukoll il-Kapijiet tad-Dipartiment għall-assessjar, kollha staff tas-Segretarjat.