• Nhar is-Sibt 27 ta’ Settembru 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ingħata l-‘Unur Ħ’Attard’ mis-Sindku ta’ din il-lokalità, is-Sur Stefan Cordina. Dan ir-rikonoxximent jingħata mill-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard, għall-kontribut li persuna tkun tat lil-lokalità. Huma r-residenti stess li jinnominaw lil residenti oħra, jew lil persuni li jkunu taw kontribut lil Ħ’Attard. L-Arċisqof Pawlu Cremona ilu mill-2007 residenti Ħ’Attard.

  • Ritratti: Photocity
    www.photocitymalta.com