• L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. f’isem il-Konferenza Episkopali Maltija attenda komemorazzjoni li fakkret iċ-ċentinarju mill-Ewwel Gwerra Dinjija. L-Arċisqof Emeritu flimkien ma’ Isqfijiet mill-Ewropa kollha attendew żewġ servizzi sempliċi, f’Verdun fil-Lvant ta’  Franza. Fiċ-ċimiterju ta’ Ossuaire de Douaumont, l-Isqfijiet poġġew lampi votivi fil-kappella fejn jistrieħu l-għadam ta’ 130,000 suldat mhux identifikati.

    Il-pellegrinaġġ kompla fil-Katidral Notre Dame f’Verdun fejn tkantaw il-Vespri. F’din il-lokalità nqatlu  il-fuq minn miljun suldat f’battalja ħarxa fl-1916.

  • Photos: COMECE