• L-Erbgħa 4 ta’ Marzu 2015, l-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna iltaqa’ mal-kappillani tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara. Fil-bidu l-kappillani u l-Arċisqof-elett kellhom ħin ta’ talb fil-kappella tad-Dar tal-Kleru. Id-diskors ta’ merħba sar minn Dun Gordon Refalo, l-President tal-Kulleġġ tal-Kappillani. Ftit qabel l-Arċisqof kellu ċ-ċans ukoll jiltaqa’ mar-residenti u l-istaff tal-istess Dar.

  • Ritratti: Photocity, Valletta. 

    www.photocitymalta.com