• Il-Media Centre flimkien mal-Fondazzjoni YOUTHEME bdew inizzjattiva ġdida mmirata għat-tfal u l-adolexxenti fil-parroċċi Maltin u Għawdxin. L-iskop hu li permezz ta’ dan il-fuljett, kull ġimgħa jiġu esplorati l-valuri mill-Evanġelju tal-jum li t-tfal u l-adolexxenti jistgħu jipprattikaw. Għalkemm il-fuljett huwa mmirat prinċipalment għat-tfal u l-adolexxenti, fih hemm materjal li jolqot lill-bqija tal-familja għax l-Evanġelju għandu xi ħaġa għal kulħadd. Il-ħsieb wara dan il-proġett huwa li jkun ta’ għajnuna lill-parroċċi biex, f’dinja tant differenti minn dik li fiha nkiteb l-Evanġelju, jitwassal il-messaġġ li, jgħaddi kemm jgħaddi żmien, id-dinja tibqa’ bżonnu.