• L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Roderick Camilleri bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il-Għajn.

      Dun Roderick Camilleri twieled Ħaż-Żabbar fis-27 ta’ Jannar 1984. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja fl-iskola ta’ Ħaż-Żabbar, l-edukazzjoni sekondarja fil-Liċeo Ġużeppi Despott Verdala, Bormla, u kompla s-6th Form fil-Higher Secondary, in-Naxxar. Kompla l-istudji terzjarji (Filosofija u Teoloġija) u Liċenzjat fit-Teoloġija Pastorali, fl-Università ta’ Malta.

      Dun Roderick ġie ordnat saċerdot nhar id-29 ta’ Ġunju 2012. Beda l-ħidma pastorali tiegħu fil-Parroċċa ta’ San Ġużepp, il-Kalkara, u wara bħala viċi-kappillan fil-Parroċċa ta’ San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa. Dun Roderick serva wkoll bħala direttur spiritwali fil-Kulleġġ San Benedittu, Ħal-Kirkop.

      Il-parroċċa ta’ Sant’Anna tiġbor fiha madwar 11,000 persuna f’3,500 familja.