• Nhar it-Tlieta 24 ta’ Novembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ġie ppreżentat bil-ktieb ‘L-Art tal-Kliem – Il-Maltin fl-Art Imqaddsa u lil hinn’ mid-direttur tal-Publikazzjonijiet tal-Merlin, is-sur Chris Gruppetta, l-Editriċi Kristina Chetcuti u waħda mill-awtriċi tal-ktieb, is-Sinjura Nathalie Grima.

    Dan il-ktieb jiġbor fih esperjenzi u realtajiet ta’ reliġjużi u lajċi Maltin li ilhom snin twal jgħixu fl-Art Imqaddsa. Uħud minnhom telqu minn Malta fuq ajruplan tal-gwerra u ilhom hemm mill-1945. L-Art tal-Kliem joffri mumenti diffiċli, umli, skomdi, sempliċi, umoristiċi, imnikkta mill-ħajja ta’ 31 persuna Maltija li rrakontaw il-ħidma lilhin minn arthom.

  • Photos: Curia Communications Office