• Għada, it-Tlieta l-1 ta’ Diċembru 2015, fis-7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa għall-gradwati l-ġodda tal-MCAST, fil-Katidral tal-Imdina.

    Nhar is-Sibt 5 ta’ Diċembru, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjoni tal-pussess tal-Kappillan il-ġdid ta’ Ħal Kirkop.

    Nhar il-Ħadd 6 ta’ Diċembru, fid-9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema.

    Nhar it-Tnejn 7 ta’ Diċembru, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof ibierek il-Kappella tal-Hilltop Village, in-Naxxar, u jiċċelebra Quddiesa. Fit-8:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jipparteċipa f’mument ta’ talb bi tħejjija għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2016, fis-Santwarju Ġesù Ħniena Divina, in-Naxxar.

    Nhar it-Tlieta 8 ta’ Diċembru, fl-10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jmexxi ċ-ċelebrazzjoni tal-pussess tal-Kappillan il-ġdid ta’ Stella Maris, Tas-Sliema. Fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-koppji li żżewġu fl-2015, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Diċembru, fl-10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għal persuni b’diżabilità, fil-Garden of Eden – Eden Lodge Hall, iż-Żurrieq. Fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-knisja tal-Vitorja, il-Belt Valletta.

    Nhar il-Ħamis 10 ta’ Diċembru, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mat-tfal li jattendu l-iskejjel tal-Istat, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru, fil-11:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-istaff tas-Segretarjat Edukazzjoni Nisranija, fil-Kappella Russa, fil-Palazz ta’ San Anton, Ħ’Attard.

    Nhar is-Sibt 12 ta’ Diċembru, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi laqgħa ta’ talb mas-saċerdoti, fis-Santwarju Ġesù Ħniena Divina, in-Naxxar.

    Nhar il-Ħadd 13 ta’ Diċembru, fil-5:30 p.m., fl-okkażjoni tal-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena, Monsinjur Arċisqof jiftaħ il-Bieb tal-Ħniena, fil-Katidral tal-Imdina u jiċċelebra Quddiesa.

    Nhar il-Ħadd 20 ta’ Diċembru, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjoni tal-pussess tal-Arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa ta’ San Pawl, il-Belt Valletta.

    Nhar il-Ħamis 24 ta’ Diċembru, fil-11:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi t-talba tal-Liturġija tas-Sigħat u l-Quddiesa ta’ Nofsillejl fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil-Katidral tal-Imdina.

    Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Diċembru, fid-9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra mal-ħabsin, il-Quddiesa Stazzjonali fl-okkażjoni tas-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid.

    Nhar is-Sibt 26 ta’ Diċembru, fis-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-familji, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    Nhar il-Ħadd 27 ta’ Diċembru, fil-5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjoni tal-Ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa.

    Nhar il-Ħamis 31 ta’ Diċembru, fil-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr ta’ tmiem is-sena, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.