• Bħal kull sena, il-Knisja f’Malta tiċċelebra l-festa tal-Konverżjoni ta’ Missierna San Pawl. Iċ-ċelebrazzjonijiet se jsiru fil-Katidral tal-Imdina bejn is-Sibt 23 u l-Ħadd 24 ta’ Jannar li ġej, u se jkunu ppreseduti mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.

  • Is-Sibt 23 ta’ Jannar 2016

    4:45 p.m.    Il-Kapitlu jilqa’ lill- Arċisqof Charles J. Scicluna.

    5:00 p.m.    Installazzjoni ta’ Monsinjur effettiv, erba’ Monsinjuri Koġuturi, u tliet Monsinjuri Onorarji.

    5:45 p.m.   Translazzjoni tar-Relikwija tal-Appostlu Missierna San Pawl.

    6:00 p.m.   Quddiesa bl-ewwel Għasar Pontifikali.

    Il-Ħadd 24 ta’ Jannar 2016

    8:55 a.m.    Kant tal-Lawdi.

    9:30 a.m.    L-Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi Konċelebrazzjoni Pontifikali bil-                                                                     Barka Appostolika, flimkien mal-Kapitlu Metropolitan, bil-Paniġierku. 

    11:15 a.m.  Quddiesa tal-ħin.

    5:00 p.m.    It-tieni Għasar kantat, Repożizzjoni tar-Relikwija u ċelebrazzjoni Ewkaristika.

    6:00 p.m.    Quddiesa tal-ħin.