• Nhar it-Tlieta 2 ta’ Frar 2016, fis-6.00 p.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa tal-Kandlora, festa tal-Preżentazzjoni fit-Tempju, fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun.

    Nhar l-Erbgħa tal-Irmied, fl-10 ta’ Frar, fid-9.00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Kappella tal-kunvent tas-Sorijiet tal-Karità, Ħal Tarxien. Il-Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq TVM2.

    Il-Ħamis 11 ta’ Frar, fl-10.00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-morda, fis-Santwarju ta’ Santa Tereża, Birkirkara.

    Il-Ġimgħa 12 ta’ Frar, fid-9.00 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi rtir tar-Randan u jiċċelebra Quddiesa għall-ħaddiema tal-Kurja, fl-Oratorju tal-MSSP, Birkirkara.

    Is-Sibt 13 ta’ Frar, fid-9.00 a.m., Monsinjur Arċisqof jipparteċipa f’laqgħa ta’ talb għas-saċerdoti fis-Santwarju Ħniena Divina, in-Naxxar. Fis-7.00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti f’Dar San Ġużepp, Santa Venera.

    Il-Ħadd 14 ta’ Frar, fil-11.00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Jum il-Ħajja fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.  Il-Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta. Fil-5.00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi Pellegrinaġġ u Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Ħadd in-Nies, f’Ħaż Żabbar.

    It-Tlieta 23 ta’ Frar, fl-10.30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jamministra s-Sagramenti tal-bidu tal-ħajja Nisranija fil-kappella tal-iskola St. Patrick’s, Tas-Sliema.

    L-Erbgħa 24 ta’ Frar, fil-5.30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra laqgħa ta’ talb mal-provinċja tal-Kapuċċini u mar-residenti Suriet il-Bniedem, fil-Kappella ta’ Albert Town, il-Marsa.