• ***

    Direttur: Shamim Sarif
    Atturi: Rebecca Ferguson,  Artje Traue, Charles Dance, Anthony Head, Oliver Jackson-Cohen, Amy Nutall, Sam Reid u Thure Lindhardt
    Ħin tal-Film: 93 min
    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12       
     
    L-istorja tal-film teħodna ġewwa Moscow fejn insibu lil Katya, dikjarata bħala komunista, tkun qegħda tispjuna għall-Amerikani biex tpattija lil reġim komunista li fiż-żmien Stalin, il-KGB kienu ħattfu lill-ġenituri tagħha b’riżultat li spiċċat orfni. Fis-sena 1950, Katya ġiet assejnata li tisraq dokumenti sigrieti minn għand Alexander Ivanov li kien qiegħed aktar ma jgħaddi ż-żmien jikber fl-importanza f’għajnejn l-awtorita’ komunista għax-xogħol li kien qiegħed iwettaq għall-istat. L-aħħar ħaġa li xtaqet u li kienet tistenna li tiġri kienet li bdiet tħobb lil Alexander li minnaħa tiegħu wkoll beda juri nteress fiha. Maż-żmien Alexander u Katya jingħaqdu fi żwieg.  Il-fatt li Katya kienet spija għall-Amerikani ħolqot diffikulatajiet kbar għaliha.  Alexander meta jsir jaf bil-konflitt li Katja kellha, jippjana li fl-ewwel okkażjoni li jkollu li jmur l-Amerika fuq xogħol għar-Russja, hu jibqa’ hemm u jwiegħed li meta jkun il-waqt jibgħat għaliha. Iżda x’jiġri sa danittant minn Katja?  Snin wara,  fil-bidu tas-snin Desgħin, niltaqgħu ma’ Alexander, li issa jinsab jgħixx ġewwa Boston fejn kien sar negozjant kbir iżda li qatt ma kien reġa’  sema’ b’Katya sakemm jidħlu fix-xena żewġ nisa li waħda minnhom tgħinu jiftaħ qalbu li għal tant snin kien żamm magħluqa,  waqt li oħra  tgħinu biex isir jaf sewwasew  ta’ x’kien sar minn Katya wara dawk is-snin kollha.
    Film Amerikan taħt id-direzzjoni ta’ Shamim Sharif illaqqgħana ma’  Katya fi żmien il-Gwerra Bidrda ġewwa Moscow. Meta bħala spija għal Gnern Amerikan isib ruħha tispija fuq Alexander Ivanov, qatt ma bassret li kinet sejra tħobb bi mħabba tal-ġenn lil dan il-bniedem.  Għalkemm tiġi mwissija,  Katya tiżżewweġ  lil Alexander. Tletin sena, wara,  in-neputija ta’ Alexander, Lauren, tinvestiga x’kien ġara.   Film bi storja tajba ħafna fejn  juri l-imħabba fejn tista’ twassal xi kultant bi tmiem drammatiku. Minħabba l-istorja fiha nfisha,  ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax –il sena.