• ****

    Direttur: Susanna White
    Atturi: Ewan McGregor, Stellan Skarsgard, Damian Lewis, Naomie Harris
    Ħin: 108 minuti
     
    Maħruġ minn KRS Releasing Limited
     
    Klassifika tal-Gvern: 15
    Klassifika tal-Knisja: 18
     
    Waqt li Perry Makepeace u t-tfajla tiegħu, Gail Perkins,  jkunu qegħdin iqattgħu vaganza fil-Marakexx, fil-Marokk, wieħed Russu,  jismu Dima, jistedinhom għal party kbir. Waqt il-party Dima jistieden lil Perry biex l-għada jilgħab logħba tennis miegħu. Dima jkun ilu żmien twil fil-Mafja Russa u jkun espert fil-ħasil tal-flus. Iżda issa il-boss ġdid tal-mafja, imsejjah The Prince, irid li Dima u l-familja tiegħu jiġu maqtulin. L-uniku tama li għandu Dima biex isalva ħajtu u l-familja tiegħu hija li jaħrab lejn Londra u jkollu l-kenn tas-servizz sigriet Ingliż. Huwa jitlob lil Perry biex jirranġalu mas-servizz sigriet Ingliż biex jagħtu kenn lilu u lill-familja tiegħu, u minn naħa tiegħu, Dima, jagħti lis-servizz sigriet informazzjoni dettaljata dwar kontijiet bankarji sigrieti ta’ għadd ta’ uffiċjali ingliżi. Bla ma jridu Perry u Gail isibu ruħhom f’logħba perikuluża għall-aħħar.
     
    Thriller ta’ spjunaġġ, interessanti u li jżommok fuq ix-xwiek, b’atturi tajbin u xeneġġjatura sabieħa. Fih xeni ta’ vjolenza qawwija, sesswalita’ u xi kliem ħażin. Jgħodd għal udjenza adulta.