• Illum, il-25 ta’ Mejju 2016, kompla l-kors ta’ Aġġornament tal-Kleru, fejn qed jattendu s-saċerdoti djoċesani, flimkien mal-Arċisqof, fis-Seminarju tal-Virtù.

    Fl-ewwel sessjoni, Fr Martin Micallef OFMCap tkellem dwar il-persuna Bibblika ta’ Marija ta’ Magdala b’riflessjonijiet mir-rakkonti tal-qawmien ta’ Kristu mill-imwiet. It-tieni sessjoni tmexxiet minn Ms Anna Cappello segwita minn diskussjoni. 
    Għada, 26 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jaqgħlaq l-Aġġornament b’diskors fl-aħħar tas-sessjoni.