• Direttur: Duncan Jones
    Atturi: Travis Fimmel, Paula Patton, Ben Foster, Dominic Cooper, Toby Kebbel, Ben Schnetzer, Robert Kazinsky u Daniel Wu
    Ħin tal-Film: 123 min
    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12
                                                            
     
    Draenor, il-pajjiz fejn jgħammru l-Orki, jinsab joqrob lejn tmiemu. Gul’dan, b’ġilda ħadra, f’din il-sitwazzjoni jgħaqqad l-orki f’armata bl-isem ta’ Horde bil-wegħda li jmexxihom lejn pajjiż ġdid, aħjar bl-isem ta’ Azeroth. Iżda għalkemm Gul’dan jippossedi qawwa maġika, iżda il-Fel, kien jitlob li biex isostni l-ħajja kien hemm il-ħtieġa li jbattal il-ħajja mill-iskjavi draenei. Għal dan il-għan, Gul’dan imexxi skwadra żgħira ta’ ġellieda biex jaqbad kemm jista’ pruġunieri biex hekk iżomm ħajja l-forża Horde. Għalkemm Durotan, il-kap tat-tribu Frostwolf, martu Draka li kienet tqila u ħabibhom Orgrim Doomhammer, kellhom id-dubji tagħhom fuq dak li kien qiegħed jaghmel  Gol’dan, daħlu ma’ din il-forża. Sir Anduin Lothar, il-kmandant militari tar-renju Stormwind, jirċievi rapporti fuq dak li kien qiegħed jiġri fil-villaġġi minn żagħżugħ Khadgar li kien innota li dawk ir-raħħala li nqabdu kienu nqatlu billi kien użat il-Fel. Khadgar jipperswadi  lil Lothar u Liane Wrynn, ir-Re ta’ Stormwind, biex jikkonsulta lil Medivh, li kien magħruf bħala l-Gwardjan tal-Fel. Għal dan il-għan, Lothar, Khadgar u Medivh  waqt li kienu qegħdin jimxu fuq it-traċi tal-Fel, jattakkawhom l-orki, iżda b’ħila kbira jirnexxielhom jiskansaw li jinqabdu  waqt li huma stess  jaqbdu lil Garona bħala pruġiniera. Garona kienet nofsha orka u skjava ta’ Gul’dan. Bi ftehim, Garona taċċetta li tikkopera magħhom u tgħin ir-Renju ta’  Stormwind. Garona tmexxihom lejn il-kamp tar-orki fejn hemm isiru jafu bi pjani li Gul’dan kien qieghed iħejji għal Horde tiegħu. Fi ktieb li sabu fil-librerija ta’ Medivh, Khadgar isir jaf li Gul’dan  ma setgħax jiftaħ il-ktieb bis-saħħa tiegħu biss, iżda li kellu wkoll il-għajnuna minn xi hadd minn Azeroth. X’jiġri minn hawn? Tgħid jirnexxielhom Lothar, Khadgar, Garona u Wrynn jegħlbu l-isfida serja li Gul’dan kien qiegħed joffrilhom? X’jiġri minn Frostwolf u martu Draka? Kien hemm xi ħadd minn ġewwa l-kamp ta’ Lothar li kien qiegħed jahdem kontrihom?   
    Film Amerikan, epiku u ta’ fantasija, taħt id-direzzjoni ta’ Duncan Jones, kitba ta’ Jones, Charles Leavitt u Chris Merzen. Imsejjes fuq il-logħba vidjo Warcraft, l-istorja sseħħ f’dinja ta’ fantasija bl-isem ta’  Azeroth fejn l-orki u l-umani jiġu wiċċ imbwiċċ xulxin f’taqbida għal ħajja jew mewt.  Minħabba l-istorja fiha nnfisha li hi xi ftit komplikata, tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax-il sena.