• **

    Direttur: Alberto Mar
    Atturi: (vuċijiet ta’) Jason Harris, Chris Edgerly, David Hoffman
    Ħin: 89 minuti
     
    Maħruġ minn KRS Releasing Limited
     
    Klassifika tal-Gvern: U
    Klassifika tal-Knisja: UPG
     
    Id-duo Hanna-Barbera ħolqu l-cartoons ta’ ‘Top Cat’ u għamluhom f’serje ta’ films qosra għal Walt Disney li kienu jintwerew fuq it-televiżjoni fis-snin ’60, fejn kienu populari ħafna. Fl-2012 Alberto Mar għamel film għaċ-ċinema bbażat fuq dawn il-cartoons, li fih Top Cat u sħabu, Benny, Fancy-Fancy, Choo-Choo, Spook u Brain, kollha qtates tat-triq fi New York, jagħmlu għadd ta’ serqiet. Iżda meta Officer Dibble, pulizzija ta’ qalbu tajba li dejjem jiġri wara Top Cat u sħabu biex jaqbadhom, jiġi mwarrab milli jagħmluh il-kap il-ġdid tal-pulizija u minfloku jilħaq Lou Strickland, Top Cat u sħabu jħossuhom mhedda. Top Cat jiġi mitfuh f’ħabs tal-klieb wara li ġie akkużat b’mod falz li kien seraq minn orfanatrofju, u b’hekk sħabu jibqgħu mingħajr mexxej u jridu jaraw kif se jagħmlu biex jeħilsuh mill-ħabs, waqt li Strickland, li jkun ossessjonat bit-teknoloġija, jibgħat robots fit-toroq tal-belt biex iżomm l-ordni b’id tal-ħadid. ‘Top Cat Begins’ juri kif bdiet il-ġrajja ta’ Top Cat, qattus makakk u ħalliel u li juża’ anke lil sħabu għal-finijiet tiegħu.
    Film animat. Film li għandu jingħoġob miż-żgħar, għalkemm bi script fqir u  li hu differenti mill-films ħelwin ta’ Hanna-Barbera. Fih xi ċajt baxx, xeni ta’ vjolenza, u xi kliem ħażin. Tfal żgħar għandhom ikunu akkumpanjati mill-ġenituri.