• ***

    Direttur: Roland Emerich
    Atturi: Liam Hemsworth, Jeff Goldblum, Bill Pullman, Will Smith
    Ħin: 120 minuta
     
    Maħruġ minn KRS Releasing Limited.
     
    Klassifika tal-Gvern: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 12A
     
    Għaddew għoxrin sena minn meta l-aljeni kienu invadew id-dinja u ġew megħlubin f’Independence Day. Kullħadd kien jistenna’ li ssir invażjoni oħra u għalhekk il-mexxejja tad-dinja użaw teknoloġija mill-armamenti li l-aljeni kienu ħallew warajhom u kkollaboraw flimkien biex joħolqu programm ta’ difiża enormi biex jipproteġu d-dinja. Iżda xejn ma’ seta’ jħejji n-nazzjonijiet tad-dinja għal qawwa avvanzata u bla preċedent tal-aljeni issa li reġgħu invadew id-dinja. Huwa biss l-għaqal ta’ ftit irġiel u nisa qalbiena li jista’ jsalva d-dinja minn qerda totali.
    Film tal-fantaxjenza, li jkompli fuq l-ewwel film “Independence Day”. Huwa film interessanti għalkemm ftit imġebbed. Fih effetti tekniċi u viżwali tassew impressjonanti, u għandu jogħġob l-aktar liż-żgħażagħ. Il-film fih xeni ta’ vjolenza tal-fantaxjenza u xi kliem ħażin. It-tfal sa 12-il sena għandhom ikunu akkumpanjati mill-ġenituri.