• Il‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku ħatar lil Mons. Carmelo Zammit Isqof ta’ Ġibiltà. L‑aħbar ingħatat waqt konferenza tal‑aħbarijiet fil‑Katidral ta’ ‘Saint Mary the Crowned’ f’Ġibiltà stess, fil‑preżenza ta’ Mons. Zammit.
      Mons. Carmelo Zammit huwa mill-Gudja, għandu 66 sena u ġie ordnat saċerdot fl‑1974. Sal‑lum huwa kien il‑Vigarju Ġudizzjali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, kariga li ilu jservi minn Mejju tal‑2015.
      L‑Isqof‑elett ta’ Ġibiltà, Mons. Carmelo Zammit, huwa s‑suċċessur tal‑Isqof Ralph Heskett li fl‑2014 inħatar Isqof tad‑Djoċesi ta’ Hallam, f’Liverpool, l‑Ingilterra.  
  • Fl‑ewwel kummenti wara li tħabbret uffiċjalment il‑ħatra tiegħu, l‑Isqof‑elett qal li huwa laqa’ b’emozzjoni ta’ biża imma fl‑istess ħin b’ferħ kbir, ix‑xewqa tal‑Papa Franġisku li jsir Isqof ta’ Ġibiltà. Qal li ftit tal‑jiem ilu n‑Nunzju Appostoliku tar‑Renju Unit talbu jiltaqa’ miegħu biex jagħtih l‑aħbar. Qal li huwa ta’ unur u privileġġ kbir għalih li jiġi fdat mill‑Papa Franġisku b’din il‑missjoni, u li huwa ser jafda fil‑ħniena kbira ta’ Alla u fil‑ħarsien tal‑Madonna, waqt li jagħmel l‑almu tiegħu biex jaqdi l‑Knisja bħala Isqof ta’ Ġibiltà.
    Mons. Zammit qal li qatta’ aktar minn nofs il‑ministeru saċerdotali tiegħu f’Ġibiltà, u issa se jqatta’ l‑bqija ta’ ħajtu fil‑post fejn beda l‑ministeru tiegħu. Qal li l‑Mulej Ġesù verament jaħdem b’mod misterjuż f’ħajjitna. “Nitlob l‑għajnuna ta’ Alla, bl‑interċessjoni ta’ Sidtna Marija taħt it‑titlu ta’ Madonna tal‑Ewropa (Patruna ta’ Ġibiltà), filwaqt li ninsab konvint mill‑appoġġ tal‑qassissin u l‑poplu ta’ Ġibiltà”, temm jgħid l‑Isqof‑elett, Monsinjur Carmelo Zammit.
  • Mgr Carmelo Zammit
    Mgr Carmelo Zammit was born in Gudja, on the 19th December 1949, and was ordained to the priesthood on the 20th July 1974.
    He studied at the University of Malta between 1967 and 1974 where he obtained a B.A. degree in Philosophy, Italian and Economics, and a Licentiate in Theology, and at the Pontifical Lateran University, Rome, between 1974 and 1976 where he obtained a Licentiate in Canon Law.
    After finishing his studies in Rome, he was invited by the Bishop of Gibraltar to serve in the Diocese of Gibraltar where he served between 1976 and 1998. He was appointed Judicial Vicar throughout his stay in Gibraltar. He also served as a Chaplain in the Boys’ and Girls’ Comprehensive Schools between 1976 and 1987.
    He was appointed Parish Priest in 1985 and he served as Parish Priest in St Theresa’s Parish between 1985 till 1991, and in Sacred Heart Parish between 1991 and 1998. Throughout his stay in Gibraltar he served as the Bishop’s delegate on the Religious Education Board for Government Schools, and during his stay in Sacred Heart Parish he served as Prison Chaplain and as a member on the Prison Board.
    After returning to Malta in 1998, he was appointed Chancellor of the Archdiocese of Malta and a Judge in the Tribunal of Second Instance between 1999 and 2007. He was then appointed Assistant Judicial Vicar in the Metropolitan Tribunal of First Instance.  He also serves in the Parish dedicated to the Assumption of Our Lady, Gudja.   
    In 1997 he was bestowed with the title of Prelate to His Holiness, whilst in 2005 he was appointed Canon of the Metropolitan Chapter. In 2010 he was elected President of the Metropolitan Chapter and since 2009 he is serving as a Council member of the St John’s Co-Cathedral Foundation.
    On the 6th May 2015, Archbishop Charles J. Scicluna appointed Mgr Carmelo Zammit as Judicial Vicar of the Archdiocese of Malta.