• ****

    Direttur:  Andrew Stanton
    Ilħna: Ellen De Generes, Albert Brooks, Hayden Rolence, Ed O’Neil, Kaitlin Olson, Ty Burrell, Diane Keaton u Eugene Levy
    Ħin tal-Film:  97 min
     
    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd.
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: U
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: U
                                              
    Sena wara li Nemo ngħaqad ma’ missieru Marlin, Dory tkun ta’ għajuna kbira fit-trobbija ta’ Nemo.  Jum wieħed, waqt lezzjoni fil-klassi ta’ Nemo, Dory tiftakar  fit-tfulitha u li darba kellha familja. Għalhekk tiddeciedi li tmur tfittixhom iżda minħabba l-fatt li Dory kellha memorja qasira,  dan kien se jkun ta’ ostaklu kbir għaliha. L-unika ħaga li baqgħet tiftakar kienet li huma kienu jgħixu fil-Bajja ta’ Morro. Marlin u Nemo jakkumpanjaw lil Dory fit-tfittxija tagħha. Bl-għajnuna ta’ Crush  jgħumu fil-kurrent tal-ilma lejn California. Meta jaslu,  ikollhom jevitaw l-ewwel periklu, billi jaħarbu minn ġgant ta’ klamar li kważi kiel lil Nemo. Marlin xejn ma ħadet pjaċir minn din l-inċident sfortunat u tat ħtija lil Dory li ġabithom f’dik il-qagħda. Dory tieħu għaliha u għalhekk titla’ f’wiċċ l-ilma biex titlob għall-għajnuna. Hawn tiġi salvata minn l-impjegati ta’ Istitut Marittimu. B’hekk Dory tinfired minn Marlin u Nemo.  Dory tintbagħat fil-parti ta’ kwarantina u anke wahhlulha tikketta biex meta jkun il-waqt tintbagħat tgħix fl-akwarju  ġewwa  Cleveland.  Hawn tiltaqa’ ma’ Hank, qarnita li xtaqet ħafna li tkun tista’ tmur hi stess ġewwa l-akwarju. Hank jasal fi ftehim ma’ Dory li jkun lest li jgħinha basta jtiha t-tiketta li kellha. Dory tiltaqa’ ma’ ħabiba antika, Destiny, kelp il-baħar, u Bailey, balliena. Sadanittant, Marlin u Nemo kienu qegħdin jagħmlu ħilithom biex isalvaw lil Dory. Bl-għanuna ta’ Fluke u Rudder, żewg foki u Becky jirnexxielhom b’xi mod jew ieħor jidħlu ġewwa l-Istitut Marittimu. Dory sadanittant tiftakar fl-aħħar x’kien il-kaġun li kienet infirdet mill-ġenituri tagħha. Biex tkun tista’ tfarraġ lill-ommha, kienet ħarġet tfittex  arzella iżda sfortunatament il-kurrent qawwi firidha minnhom. Issa li Dory ftakret, x’jiġri minn hawn?
    Film Amerikan bi 3D, animat u kkomputerizzat, produzzjoni ta’ Pixar Animation Studios, maħruġ minn Walt Disney Pictures. Il-film isegwi l-film li ħareġ fl-2003: Finding Nemo. L-istorja tal-film hija pożittiva ħafna u żgur li dawk li jarawh, kemm kbar kif ukoll żgħar,  jiehdu pjacir.