• Is‑Sibt 6 ta’ Awwissu 2016, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ Ġesù Salvatur, Ħal Lija.
    Il‑Ħadd 7 ta’ Awwissu, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ San Duminku, il‑Belt Valletta.
    Il‑Ġimgħa 12 ta’ Awwissu, fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jipparteċipa f’laqgħa ta’ talb maż‑żgħażagħ tal‑Mixja Neo‑Katekumenali li attendew iċ-ċelebrazzjonijiet li saru fil-Polonja fl-okkażjoni tal‑Jum Dinji taż‑Żgħażagħ 2016, fil‑Katekumenju, il‑Ħamrun.
    Is‑Sibt 13 ta’ Awwissu, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal‑familji, fit‑tielet jum tat‑Tridu għall‑festa ta’ Santa Marija, Ħal Għaxaq.
    It‑Tnejn 15 ta’ Awwissu, fid‑9:15 a.m., Mosinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s‑Sema u jinseġ il‑paniġierku, fil‑Knisja Arċipretali, il‑Mosta.
    Is‑Sibt 20 ta’ Awwissu, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa lejlet lejlet il‑festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s‑Sema, l‑Imġarr.
    Il‑Ħadd 21 ta’ Awwissu, fit‑8:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiġi akkumpanjat mill‑Kapitlu tal‑Kolleġjata Elenjana fir‑Repożizzjoni tar‑Relikwa ta’ Sant’Elena, u wara jiċċelebra Quddiesa.
    Il‑Ħadd 28 ta’ Awwissu, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali u jinseġ il‑paniġierku, fil‑festa ta’ San Ġiljan, f’San Ġiljan.
    It‑Tnejn 29 ta’ Awwissu, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tan‑Novena mal‑għaqdiet tal‑Parroċċa, fl-okkażjoni tal‑festa ta’ Marija Bambina, in‑Naxxar.