• **

    Direttur: Jake Szymanski
    Atturi: Zac Efron, Adam Devine, Anna Kendrick
    Ħin: 98 minuti
     
    Maħruġ minn KRS Releasing Limited.
     
    Klassifika tal-Gvern: 15
    Klassifika tal-Knisja: 18
     
    Dave u Mike Stangle huma żewġt aħwa imqarbin ħafna; iħobbu jiddevertu u fid-divertiment tagħhom ħafna drabi jispiċċaw jagħmlu frakass sħiħ. Il-ġenituri tagħhom, Burt u Rosie, huma determinati li ma jħalluhomx ikomplu f’dan l-istil ta’ ħajja. Għalhekk iddeċiedew li biex Dave u Mike jitħallew imorru għat-tieġ ta’ oħthom Jeanie li se jsir fil-Hawaii jridu jkunu akkumpanjati minn tfajla bil-għaqal, bit-tama naturalment li b’hekk iġiebu ruħhom bil-għaqal huma wkoll. Mhix ħaġa faċli għal Dave u Mike li jsibu tfajla bil-għaqal u għalhekk jużaw l-internet fejn jagħmlu avviż li jixtiequ tfajla bil-għaqal biex takkompanjhom sal-Hawaii bl-ispejjeż kollha imħallsin. Japplikaw ħafna nisa, li fil-biċċa l-kbira m’humiex adattati. Fost dawk li japplikaw hemm żewġt iħbieb, Alice u Tatiana, li jagħmluha li huma tal-affari tagħhom iżda x’ħin jaslu l-Hawaii jibdew juru l-veru karattru tagħhom.
     
    Film kummiedja, bi script fqir u ftit li xejn iddaħħaq, iktar ibbażatha fuq sitwazzjonijiet u kliem sesswali u kliem ħażin. Il-film fiħ xeni sesswali, nudita’, kliem doppju sens u ħafna kliem ħażin. Jgħodd għal udjenza adulta.