• Bi preparazzjoni għall-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl Appostlu, illum il‑Ħamis 9 ta’ Frar, fil‑5:15 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi Translazzjoni Solenni tar‑Relikwa u Vespri fil‑Knisja ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta.

    Għada, il‑Ġimgħa 10 ta’ Frar, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Pontifikal Solenni fil‑festa tan‑Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl, fil‑Knisja ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta. Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa ser tixxandar fuq Net Television.