• L-Erbgħa l-1 ta’ Marzu 2017, Ras ir‑Randan, fis‑6:30 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra l-Quddiesa tal‑Erbgħa tal‑Irmied, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa tixxandar ‘live’ fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Il‑Ġimgħa 3 ta’ Marzu, f’nofsinhar, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa waqt l‑irtir tar‑Randan għall‑impjegati tal‑Kurja, il‑Caritas u t‑Tribunal Ekkleżjastiku, fil‑Knisja tal‑Lunzjata, (tal‑Karmelitani), l‑Imdina.

    Is‑Sibt 4 ta’ Marzu, fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jikkonsagra l‑artal tal‑Kappella fid‑Dar tal‑Kleru, Birkirkara. Fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tat‑30 sena anniversarju tal‑Youth Fellowship, f’Gattard House, Blata l‑Bajda.

    Il‑Ħadd 5 ta’ Marzu, fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi Pellegrinaġġ u jiċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni ta’ Ħadd in‑Nies, Ħaż-Żabbar.

    Is‑Sibt 11 ta’ Marzu, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tal‑50 sena anniversarju ta’ grupp ta’ saċerdoti, fid‑Dar tal‑Kleru, Birkirkara.

    Il‑Ħadd 12 ta’ Marzu, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jikkonsagra l‑artal u l‑Knisja tas‑Salib Imqaddes, il‑Furjana.

    It‑Tlieta 14 ta’ Marzu, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tal‑25 sena anniversarju ta’ Radju RTK, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù. Il‑Quddiesa ser tixxandar fuq Radju RTK.

    Is‑Sibt 18 ta’ Marzu, fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Kappella tal‑Little Sisters of the Poor, il‑Ħamrun.

    It-Tnejn 20 ta’ Marzu, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑ewwel anniversarju tal‑mewt tal‑Arċisqof Emeritu Monsinjur Ġużeppi Mercieca, fil‑Katidral tal‑Imdina. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    It‑Tlieta 21 ta’ Marzu, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall‑impjegati tal‑Kurja, fl‑ewwel anniversarju tal‑mewt tal‑Arċisqof Emeritu Monsinjur Ġużeppi Mercieca, fil‑Kappella tal‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana.

    Il‑Ġimgħa 24 ta’ Marzu, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi Pellegrinaġġ u jiċċelebra Quddiesa bl‑istatwa devota ta’ Ġesù Redentur, fil‑Bażilika tal‑Isla.

    Is‑Sibt 25 ta’ Marzu, 5:15 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi.

    Il‑Ħadd 26 ta’ Marzu, fil‑11:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi.