• *** 

    Direttur: Gore Verbinski

    Atturi: Dane DeHaan, Jason Isaacs, Mia Goth, Adrian Schikler, Celia Imrie, Ashok Mandanna, Harry Groener u  Godehard Giese

    Ħin tal-Film: 146 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 18

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18

    F’kumpanija ta’ servizzi finanzjarji ġewwa New York, Morris, waqt li kien qiegħed jaħdem wara l-ħin, isofri attakk f’qalbu u jmut. Riżultat ta’ din il-mewta ħesrem, Lockhart, esekuttiv żgħażugħ fil-kumpanija, jieħu postu. Fi ftit jiem, Lockhart jintbagħat ġewwa l-iżvizzera fuq l-Alpi biex iġib lura lil Roland Pembroke s-CEO tal-kumpanija fejn kien mar f’dan iċ-ċentru tas-saħħa misterjuż għal ftit ġimgħat. Il-membri tal-Bord kienu rrċievew ittra minn għandu li ħassbithom ħafna għax deher minn dak li kiteb li hu xejn ma kien jidher f’sikktu. Il-membri tal-Bord xtaquh jiġi lura biex jiffirma dokument biex b’hekk il-kumpanija tingħaqad m’oħra. Jidħer li l-kumpanija xtaqet ħafna taħbi xi ftehim f’negozju  li kien sar mill-kumpanija u  li ħafna minn dawk li kienu mseħbin kienu lesti li jitfgħu t-tort kollu fuq Pembroke. Kif jasal fiċ-ċentru, Lockhart, fl-attentat tiegħu biex jkellem lil Pembroke, jsib reżistenza qawwija mill-istaff l-aktar  minn Dr. Heinreich Volmer. Eventwalment jirnexxielu jsibu u jkellmu. Sfortunatament hu u sejjer lura lejn il-lukanda, ikollu inċident serju fil-karozza li kien fiha u spiċċa b’konkussjoni fic-ċentru tas-saħħa u b’riġlu miksur. Ma kienx hemm iktar x’jagħmel ħlief li jtawwal iż-żjara tiegħu bi ftit ġranet sakemm ikun tajjeb u fl-istess waqt ikompli jahdem fuq Pembrike biex dan jirritorna lejn New York.  Sadanittant Lockard jiltaqa’ ma’ Hannah, tfajla miżterjuza li bħal Volmer kienet tixrob likwidu stramb minn flixkun żgħir tal-kobalt. Lockhart jiltaqa’ ma’ numru ta’ pazjenti oħra, li kollha kienu kuntenti li jibqgħu hemm fosthom Victoria Watkins li tirrakkontalu ta’ x’kien ġara mill-kastell mittejn sena qabel.  X’kien seħħ hemm tant snin ilu u issa x’qiegħed jiġri? Min kien tassew Volmer u x’esperimenti kien qiegħed jagħmel u għalxiex?  Xi jsib Lockart hekk kif beda jinvestiga dak li kien qiegħed iseħħ b’mod miżterjuz fiċ-ċentru tas-saħħa?   

    Film ta’ fantaxjenza psikoloġiku hu taħt id-direzzjoni ta’ Gore Verbinski u  kitba ta’ Justin Haythe. Minħabba kliem goff, vjolenza mdemmija, xeni ta’ torturi u ta’ għera għalkemm mhux  f’kuntest sesswali kif ukoll attentat ta’ stupru, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss.