• Nhar l-Erbgħa, 12 ta’ April 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar l-attività bl-isem ta’ ‘L-Isfida tal-Ħiliet’ fl-MCAST f’Raħal Ġdid.

    L-Arċisqof tkellem mal-istudenti dwar il-proġetti li għażlu kif ukoll dwar l-isfidi li ltaqgħu magħhom waqt il-proċess ta’ manifattura. Din hija l-ewwel sena li l-MCAST organizzat din l-attività fejn ipparteċipaw aktar minn 800 student.

    Huwa żar l-oqsma tal-welding, tal-mastrudaxxi, tal-avjazzjoni, tal-informatika, tal-akkwarji, tal-make-up u sbuħija, landscaping tal-ġonna, kif ukoll żar għadd ta’ stands ta’ kumpaniji li qed joffru xogħol lill-istudenti.

  • Click here to view more photos of the Archbishop’s visit at MCAST.
  • Photos: Curia Communications Office