• ****

    Direttur:          Guy Ritchie

    Atturi:              Charlie Hunnam,  Astrid Frisbey DjimonHousou, AidanGillen, JudeLaw, EricBana, Mikael Persbrandt u Lorraine Bruce

    Ħin tal-Film:    126 min

    Maħrġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      15

    Mordred, saħħar korrott, bl-armata tiegħu jassedja Camelot biex b’hekk jkun jista’ jiddomina permezz ta’ maġija, l-umanità kollha. Uther Pendragon, ir-re tal-Brittaniċi, jirnexxielu jinfiltra l-moħba ta’ Mordred u jaqtagħlu rasu kif ukoll iħarbat l-armata tiegħu u hekk isalva lil Camelot. Dik il-lejla stess, Vortigern, ħu Uther, li xtaq ħafna li jaħtaf it-tron taħt idejh, jippjana kolp billi jissagrifika lil martu Elsa għas-sħaħħar tal-ibħra u hekk jkun jista’ ssejjaħ xitan kavallier biex joqtol lil mart Uther u kif wkoll lil Uther fi ġlieda. L-uniku persuna li baqa’ ħaj kien l-iben iż-żgħir ta’ Uther, li fuq dgħajsa, jinġarr mill-kurrent ġewwa Londinium. Hawn issibu prostituta u tibda trabbih u ttih l-isem ta’ Arthur.

    Jgħaddi ż-żmien u Arthur jikber u jsir ġellied qalbieni ma’ sħabu Tristan u Backlack. Jum wieħed, it-tlieta jiġu wiċċ imb wiċċ u jiġġieldu ma’ Blacklegs, Vikingi li  kienu qegħdin jittrattaw ħażin waħda mill-prostituti. Ftit wara, il-burdell jiġi attakkat minn sħab Vortigern. Il-Vikingi kienu sħab ir-re u li tattakkahom kien ifisser att kriminali li jmur dirett kontra r-re. Arthur jipprova jaħrab iżda jinqabad u ma’ mijiet ta’ rġiel oħra jintbagħat fuq vapur lejn il-kastell fortizza ta’ Vortigern. Qrib il-kastell kien hemm Excalibur, xabla misterjuża, imdaħħla f’ġebla u l-Blacklegs kienu qegħdin iġiegħlu l-irġiel kollha jippruvaw jaqilgħu x-xabla mill-ġebla. Ħadd ma rnexxielu iżda meta Arthur jipprova, irnexxielu. Kif għamel hekk, bil-qawwa li ħarġet mix-xabla, Arthur jintilef minn sensih u jsib ruħu  kkalżrat fil-kastell.

    Ikun hawn li jkollu żjara minn Vortigern li jisvelalu n-nisel veru tiegħu. Sadanittant mara li identifikat ruħha bħala akkolta ta’ Merlin, tiltaqa’ ma’ Sir Bedivere, li darba kien il-ġeneral ta’ Uther.  X’jiġri minn hawn, issa li Arthur kien jinsab ikkundannat għall-mewt u kollox deher lest biex titwettaq din is-sentenza?   

    Film  ta’ fantasija, imsejjes fuq il-leġendi li jeżistu fuq ir-Re Arthur, hu taħt id-direzzjoni ta’ Guy Ritchie, kitba ta’ Ritchie, Joby Harold u Lionel Wigram. Il-film hu mimli azzjoni, battalji mqannqla u miġġielda b’qawwa kbira, bi vjolenza ħarxa, f’xeni spettakulari  li jħalluk bla kliem ghal kif jinġibdu dawn it-tip ta’ films. Minħabba tema ta’ prostituzzjoni f’burdell kif ukoll  kliem u ċajt goff, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu l-ħmistax-il sena.