• ***

    Direttur:          Colin Trevorrow

    Atturi:              Noami Watts, Laeden Lieberher, Jacob Tremblay, Sarah Silverman, Lee Pace, Maddie Ziegler u Dean Norris

    Ħin tal-Film:    105 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       12

    F’belt żgħira ġewwa Hudson Valley, insibu jgħixu m’ommhom Susan, Peter Carpenter, tifel ta’ ħdax-il sena u ħuh Peter. Susan, omm ‘single’ kienet taħdem bhala waitress waqt li wkoll qegħda tikteb ktieb bl-istampi għat-tfal. Peter kien ġenju u kien juża l-intellett tiegħu u għalkemm ta’ età zgħira beda jinvesti b’suċċess fis-suq tal-ishma u hekk kien qiegħed jibni somma sostanzjali  ta’ ġid monetarju għal familja tiegħu. Henry ukoll kien jipproteġi lil ħuh Peter minn buli tal-iskola kif ukoll kien qiegħed jibni Rube Goldgerg magni fi struttura mibnija fuq il-friegħi ta’ siġra lil hemm minn fejn kienu jgħixu. Kemm Henry kif ukoll Susan kienu affezzjonati lejn Christina Sikleman li kienet ġirien tagħhom, waqt li wkoll kienet fil-klassi miegħu.

    Sfortunatament dan l-aħħar, Christina ma baqgħatx kif kienet u saret mdejjqa. Henry jintebaħ li hi kienet qegħda tigi abbużata mit-tieni raġel ta’ ommha, Glenn, li kien il-kummissarju tal-pulizija tal-lokal. Henry għalkemm irraporta dan il-każ fl-uffiċċju tas-servizzi soċjali u anke lil Wilder Prinċipal tal-iskola, iżda l-fatt li Glenn kien il-kummissarju tal-pulizija barra wkoll li kellu nfluwenza kbira fil-gvern lokali, hadd ma ried jisfida direttament lil Glenn qabel ma jkun hemm “evidenza konklużiva”. Sfortunatament, Henry ma irrnexxielux jipperswadi l-awtoritajiet biex jiftħu investigazzjoni serja fuq il-każ u hekk tiġi protetta Christina. Henry jirsisti m’ommu li meta xi ħadd ikun jinsab fl-inkwiet, dawk li setgħu jgħinu kienu fi dmir li jieħdu azzjoni.  B’dan il-għan, Henry beda  jaħdem fuq pjan kif sejjer isalva u jgħin lil Christina. Dan il-pjan dettaljat beda jniżżlu ġewwa notebook u anke rrekordjat. Disgrazzjatament, Henry jintlaqat minn attakk ta’ puplesija u meta fl-isptar saret dijanjosi, nstab li kellu tumur f’rasu u li ftit kien hemm tama li jfieq. Fil-fatt Henry jmut iżda qabel ma miet talab lil Peter biex jagħti wara mewtu, n-n lil ommu. Susan mitlufa kif kienet fuq il-mewt ta’ binha bdiet taqra l-pjan li Henry kien fassal biex isalva lil Christina. X’kien dan il-pjan u kif sejra twettqu?

    Film Amerikan, hu taħt id-direzzjoni ta’ Colin Trevorrow, kitba ta’ Gregg Hurwitz. Minhabba t-tema tal-film kif ukoll użu ta’ kliem u ġesti baxxi, jkun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax-il sena.