• L-Arċisqof Charles J. Scicluna bagħat messaġġ lill-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Daniel Nicholas DiNardo, Arċisqof tal-Arċidjocesi ta’ Galveston-Houston u President tal-Konferenza Episkopali tal-Istati Uniti, b’solidarjetà miegħu u mal-poplu ta’ Houston fl-Istat ta’ Texas. Dan wara li l-urugan Harvey qed joħloq ħerba fost ir-residenti tat-tieni l-akbar stat tal-Istati Uniti. L-Arċisqof Scicluna wiegħed lill-Kardinal DiNardo it-talb tiegħu u tal-poplu Nisrani f’Malta.