• Il-Ġimgħa, 6 ta’ Ottubru 2017, fis-6:00 p.m., tfal minn diversi parroċċi ħadu sehem f’mixja qasira bl-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima. Il-mixja bdiet mid-Dar tal-Kleru fi Fleur-de-Lys sal-Knisja ta’ Santa Tereża, Birkirkara. Wara ġiet iċċelebrata Quddiesa li tmexxiet mill-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. L-attività ġiet organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana Tfal u l-Parroċċa ta’ Santa Marija f’Birkirkara.

  • Aktar ritratti taċ-ċelebrazzjoni fuq www.knisja.org/ritratti.