• Il-Moviment ta’ Kana stieden lill-koppji għarajjes li ser jiżżewġu din is-sena u dawk li żżewġu s-sena l-oħra għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Il-Quddiesa għall-koppji li ser jiżżewġu din is-sena ser ssir nhar is-Sibt, 13 ta’ Jannar 2018, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fil-5:30 p.m. Din ser titmexxa mill-Arċisqof Charles J. Scicluna li wara l-Quddiesa ser jiltaqa’ mal-koppji għarajjes.

    Il-Quddiesa għall-koppji li ngħaqdu fis-Sagrament taż-Żwieġ fl-2017, saret is-Sibt, 6 ta’ Jannar 2018, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. Iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tmexxiet mid-Direttur tal-Moviment ta’ Kana, Mons. Charles Attard.

    Ir-ritratti kollha tal-Quddiesa mal-koppji miżżewġa jinsabu fuq il-websajt tar-Ritratti Uffiċjali tal-Knisja f’Malta.