• Il‑Ħamis 1 ta’ Frar 2018, fis‑6:30 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa
    fl‑okkażjoni tal‑50 anniversarju mit‑twaqqif tal‑Parroċċa tal‑Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa.

    Il‑Ġimgħa 2 ta’ Frar, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑festa
    tal‑Preżentazzjoni tal‑Mulej f’Jum il‑Ħajja Kkonsagrata, fil‑Kappella tal‑Monasteru tas‑Sorijiet Klarissi, San Ġiljan.

    Is‑Sibt 3 ta’ Frar, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Balzan fil‑bidu tal‑Viżta Pastorali f’din il‑parroċċa.

    Il‑Ħadd 4 ta’ Frar, fil‑10:45 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Qrar u jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Balzan bħala parti mill‑Viżta Pastorali f’din il‑parroċċa.

    Il‑Ġimgħa 9 ta’ Frar, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti il‑pussess lil Dun Gordon Refalo bħala l‑Kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa ta’ Ħal Għaxaq.

    Is‑Sibt 10 ta’ Frar, festa ta’ San Pawl Nawfragu, fl‑10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja ta’ San Pawl Milqi, Burmarrad.

    It‑Tnejn 12 ta’ Frar, fis‑7:15 p.m., Monsinjur Arċisqof jagħti l‑Ministeru tal‑Lettorat lil ħames seminaristi, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù.

    L‑Erbgħa 14 ta’ Frar, Ras ir‑Randan, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l‑Quddiesa tal‑Erbgħa tal‑Irmied, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa tixxandar ‘live’ fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta.