• Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pawl, nhar is-Sibt, 10 ta’ Frar 2018, ser isir pellegrinaġġ lejn San Pawl Milqi, li jintemm b’Quddiesa ċċelebrata mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.

    L-attività ser tibda fid-9:15am ħdejn il-Knisja tal-Lunzjata, is-Salina, fejn ser ikun hemm mument ta’ talb u ssir żjara lill-Katakombi li hemm fiż-żona u wara jibda l-pellegrinaġġ lejn San Pawl Milqi, il-post marbut mat-tradizzjoni tal-laqgħa ta’ San Pawl fl-oqsma ta’ Publiju. Fl-10:30am tibda l-Quddiesa li għaliha huma mħeġġa jattendu b’mod speċjali l-adolexxenti li jixtiequ jirċievu s-Sagrament tal-Griżma din is-sena u l-familji tagħhom.

    Aktar dettalji jistgħu jinkisbu mill-paġna fuq Facebook tal-parroċċa: Il-Parroċċa ta’ Burmarrad