• Nhar il-Ħadd, 19 ta’ Frar 2018, l-Arċisqof Emeritu, Mons. Pawlu Cremona, mexxa ċ-ċelebrazzjoni tradizzjonali ta’ Ħadd in-Nies, b’pellegrinaġġ bl-istatwa devozzjonali tal-Madonna tal-Grazzja u Quddiesa fil-Parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar.

    It-tradizzjoni ta’ dan il-pellegrinaġġ penitenzjal tmur lura snin qabel l-Ordni ta’ San Ġwann ġie Malta fl-1530. Meta wara l-wasla tal-Ordni ta’ San Ġwann beda jiġi ċċelebrat il-Karnival, ħafna pellegrini kienu ħaduha drawwa jżuru s-Santwarju tal-Madonna f’Ras ir-Randan, bħala tpattija ta’ atti li jkunu saru fi żmien il-Karnival. Iżda fis-sbatax-il seklu, din il-ġurnata spiċċat aktar tixbah festi bħall-Imnarja u San Girgor. Riċentement, il-pellegrinaġġ ta’ Ħadd in-Nies reġa’ ħa l-forma oriġinali, fejn l-attenzjoni prinċipali tkun li l-pellegrinaġġ isir bħala sinjal ta’ penitenza u ringrazzjament lil Alla permezz ta’ Ommu Marija.

  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni Kurja – Ian Noel Pace