Photos: Senglea's Christ the Redeemer statue inaugurated

  • Wara disa' xhur ta' studju u xogħol intensiv ta' restawr u konservazzjoni, is-Sibt filgħaxija, 3 ta' Marzu 2018, ġiet inawgurata l-istatwa ta' Ġesù Redentur fil-Bażilika tal-Isla. 

    Matul ir‑Randan kollu, l‑istatwa ser tkun għall‑qima u d‑devozzjoni tal‑pubbliku fil‑Bażilika stess. Wara ċ-ċelebrazzjonijiet tal‑Ġimgħa Mqaddsa ser isir trattament speċjali li jipproteġi din x‑xbieha mill-elementi, u għalhekk, matul ix‑xahar ta’ April, ir‑Redentur mhux ser ikun espost għall‑qima tal‑pubbliku.

    Il‑Ġimgħa, 9 ta’ Marzu, fis‑6 p.m., fl-Isla, ser isir il-pellegrinaġġ bl-istatwa devota tar-Redentur, u wara, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali. Dan ser ikun l‑ewwel impenn pubbliku tal-Arċisqof wara l-wasla tiegħu f'Malta miċ-Ċilì.

    Ir-ritratti kollha huma disponibbli fuq il-websajt tar-ritratti uffiċjali tal-Knisja f'Malta.

  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja - Ian Noel Pace