New Parish Priests' Council 2018-2020

  • Il-Kulleġġ tal-Kappillani tal-Knisja f’Malta għadu kemm ħatar Kunsill ġdid għas-snin 2018 – 2020.  Il-Kunsill tal-Kappillani huwa ffurmat minn seba’ membri tal-Kulleġġ tal-Kappillani li hu magħmul mis-70 kappillan tal-parroċċi f’Malta. Il-Kunsill hu ffurmat hekk:

    President: Dun Anton Galea Scannura
    Viċi President: Dun Ewkarist Zammit
    Segretarju tal-Kulleġġ: Dun Mario Mangion
    Kaxxier: Patri Christian Borg OFM Conv
    Segretarju tal-Kunsill: Dun Joe Mizzi
    Membri: Dun Josef Mifsud u Patri Joe Saliba O.Carm

    Il-Kunsill huwa responsabbli li janalizza l-ħwejjeġ li jolqtu l-ħidma pastorali fil-parroċċi u t-tmexxija tal-Kulleġġ u jkun ta’ għajnuna għall-Arċisqof u għall-kappillani kollha fil-ħidma pastorali tagħhom.

    Ritratt: Uffiċċju Komunikazzjoni Kurja -  Ian Noel Pace