• Fl‑okkażjoni tat‑tieni anniversarju mill‑mewt tal‑Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, nhar l‑Erbgħa, 21 ta’ Marzu 2018, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju għal ruħ Mons. Mercieca. Din ser issir fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Katarina, iż‑Żejtun, il‑parroċċa fejn miet, fis-6pm.

      L‑Insara huma mistiedna jattendu għal din il-Quddiesa u jkomplu jitolbu għal Mons. Ġużeppi Mercieca li miet fil‑21 ta’ Marzu 2016, fl‑età ta’ 87 sena.