Church schools' choirs join forces to help families in need

  • Ftit snin ilu, ħaddiema soċjali fi ħdan is-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija ħassew il-bżonn li jgħinu iktar lill-familji li għaddejjin minn xi diffikultajiet finanzjarji. Għalhekk bdiet fis-seħħ iċ-Church Schools Children’s Fund (CSCF), li iktar tard ġiet irreġistrata bħala organizzazzjoni volontarja, fi ħdan is-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija.

    Is-CSCF twqqfet bil-għan li tkun tista’ tgħin u toffri sapport lill-istudenti li jattendu l-iskejjel tal-Knisja, u lill-familji tagħhom, li jkunu qed jagħddu minn xi diffikultajiet. Fosthom insibu diffikultajiet finanzjarji, emozzjonali u anke soċjali. Is-CSCF toffri diversi għajnuniet fosthom: terapija lit-tfal (Drama therapy, Play therapy, Psychologist etc.), u tgħin ukoll f’xiri ta’ affarijiet bħal kotba, uniformijiet u anke mediċina u ikel.

    Matul is-sena, torganizza diversi attivitajiet biex jinġabru l-fondi li jagħtu sapport lil dawn il-familji. Għaldaqstant, din is-sena ser jittella' ċ-Church Schools Choir Festival li huwa rikonoxxut mill-Valletta 2018.

    Iċ-Church Schools Choir Festival ser isir il-Ġimgħa, 11 ta’ Mejju, fis-6pm fl-iskola tal-Immakulata Kunċizzjoni, Ħal Tarxien. 

    L-iskejjel li ser jipparteċipaw bil-korijiet tagħhom huma:

    • St Joseph School, Raħal Ġdid
    • Sacred Heart Primary, San Ġiljan
    • St Monica School, il-Gżira
    • Immakulata Kunċizzjoni, Ħal Tarxien
    • St Joseph Junior School, Tas-Sliema
    • L-Iskola Primarja tal-Kulleġġ Santu Wistin
    • Il-Knisja Parrokkjali ta' Fleur-de-Lys


    Għal iktar informazzjoni żur il-paġna fuq Facebook Church Schools Children’s Fund jew ċempel fuq 79790060. Il-biljetti jistgħu jinxtraw wkoll minn mal-bieb.