Archbishop Scicluna leaves Malta for a pastoral mission in Chile

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna llum iħalli Malta għal missjoni pastorali fiċ‑Ċilì bħala mibgħut speċjali tal‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku. Huwa ser ikun akkumpanjat minn Mons. Jordi Bertomeu. Mons. Arċisqof ser ikollu numru ta’ laqgħat f’Santiago de Chile u ser imexxi missjoni pastorali fid-Djoċesi ta’ Osorno.

    L‑Arċisqof Scicluna jirritorna Malta nhar l‑Erbgħa, 20 ta’ Ġunju 2018.

    L‑Ufficcju Komunikazzjoni jixtieq jinforma lill‑midja li Mons. Arċisqof mhuwiex f’pożizzjoni li jagħti kummenti jew iwieġeb mistoqsijiet b’rabta ma’ din il‑missjoni.

    Fl-assenza tal-Arċisqof, it-tmexxija tal-Arċidjocesi ta’ Malta tkun f’idejn il-Vigarju Ġenerali, Mons. Joe Galea Curmi.