• Wasla illum, 8 ta’ Ottubru 2018, tal-Isqof Malti Charles Gauci, Isqof tad-djoċesi ta’ Darwin, l-Awstralja. L-Isqof Gauci gie milqugħ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, minn Mons. Philip Calleja u Mons. Alfred Vella mill-Kummissjoni Emigranti, u mill-qraba tiegħu. Mons. Gauci, li twieled fl-1952, ġie ordnat saċerdot fl-1977 u kkonsagrat isqof fis-26 ta’ Settembru li għadda. Hu kien emigra lejn l-Awstralja mal-ġenituri tiegħu fl-1965 fl-età ta’ 13-il sena.

    Matul iż-żjara qasira tiegħu f’Malta l-Isqof Gauci ser iżur fost l-oħrajn lill-Kummissjoni Emigranti fl-uffiċċini tagħhom fil-Belt Valletta, lis-Soċjetà tal-MUSEUM fi Blata l-Bajda, u lir-residenti tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.