• Għada l-Ħadd, 11 ta’ Novembru 2018, Jum it-Tifkira, l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa tibda fid-9:15 am.

    F’għeluq il-100 anniversarju mit-tmiem tal-Ewwel Gwerra Dinjija, fil-knejjes kollha f’Malta, f’nofsinhar, ser tindaqq mota b’tifkira ta’ dawk li mietu fil-gwerra. 

     

  •