Dr Klown volunteers bring a smile to residents at Dar tal-Providenza

  • It-tobba ta’ Dr Klown, normalment ma jidhrux fuq palk. Madankollu, din is-sena se għamlu eċċezzjoni biex jiċċelebraw il-jum annwali tagħhom ta’ Dr Klown bil-CONCERTO BUFFO, maħluq b’mod speċjali għar-residenti tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.

    Fis-snin l-imgħoddija, Jum Dr Klown kienet attività għall-pubbliku in ġenerali. Żgur li ħafna jiftakru il-parata ta’ Dr Klown fuq ix-xatt ta’ San Ġiljan u Tas-Sliema li fiha ħadu sehem aktar minn 700 tifel u tifla. Din id-darba, iddeċidew li jużaw il-ħiliet tagħhom biex iwasslu ftit dawl tax-xemx lir-residenti tad-Dar.

    Wara sensiela ta’ provi, irnexxielhom itellgħu programm oriġinali u kkulurit għar-residenti tad-Dar tal-Providenza b'taħlita ta’ żfin, ċajt u daqq mużikali u naturalment dak kollu li jafu jagħmlu il-buffi. Kultant kemmxejn storbjużi, imma l-buffi jibqgħu buffi. Il-voluntiera kollha ta’ Dr Klown ħadu sehem fid-divertiment u kantaw għanjiet folkloristiċi popolari mar-residenti li ingħaqdu magħhom flimkien mat-Tikka Band li ħadu sehem fit-tieni parti tal-programm. Kien hemm żfin bis-siġġijiet tar-roti, figuri mill-bżieżaq u l-buffi jagħmlu li jafu u jħobbu jagħmlu biex ir-residenti kellhom divertiment li ma tantx jinsewh malajr.