Liturgical celebrations to be led by Archbishop Charles J. Scicluna in December 2018

  • Is-Sibt l-1 ta’ Diċembru, fil-5:30 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa ta’ radd il-ħajr fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, f’għeluq il-150 anniversarju tas-Sorijiet tal-Karità f’Malta. Il-Quddiesa tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Il-Ħadd 2 ta’ Diċembru, fl-4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma lill-adolexxenti fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija.

    Is-Sibt 8 ta’ Diċembru, fl-10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l-pussess lil Dun George Schembri bħala l-Kappillan il-ġdid tal-Parroċċa Santa Marija, l-Imġarr. Fis-6:30 p.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-Ħamrun, f’għeluq il-50 sena mit-twaqqif tal-parroċċa.

    It-Tnejn 10 ta’ Diċembru, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-istudenti tal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti, fil-bidu tal-kampanja ‘Milied Flimkien’, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. l-Quddiesa tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Is-Sibt 15 ta’ Diċembru, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-familji organizzata mill-GRUFAN, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. l-Quddiesa tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Il-Ħadd 16 ta’ Diċembru, fil-11:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Girgor, Tas-Sliema, fil-75 anniversarju mill-mewt tal-Isqof Mauro Caruana.

    It-Tnejn 17 ta’ Diċembru, fid-9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa ta’ San Ivo, fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    It-Tnejn 24 ta’ Diċembru, lejlet il-Milied, fil-11:00 p.m. jibda programm ta’ għanjiet tal-Milied u ssir il-prietka tat-tifel. F’nofsillejl, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, bl-Uffiċċju tal-Qari, fil-Katidral tal-Imdina. l-Quddiesa tixxandar live fuq TVM u fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    It-Tlieta 25 ta’ Diċembru, jum il-Milied, fil-11:00 a.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. l-Quddiesa tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    It-Tnejn 31 ta’ Diċembru, fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fi tmiem is-sena u jitkanta t-Te Deum, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. l-Quddiesa tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.