• It-Tnejn 4 ta’ Marzu 2019, fil‑7:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jagħti l‑Ministeru tal‑Lettorat lil tliet seminaristi, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù.

    L-Erbgħa 6 ta’ Marzu, Ras ir-Randan, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra
    l-Quddiesa tal-Erbgħa tal-Irmied, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Il-Ġimgħa 8 ta’ Marzu, fil-12:15 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa waqt l‑irtir tar‑Randan għall‑impjegati tal‑Kurja, il‑Caritas u t‑Tribunal Ekkleżjastiku, fid-dar tal-irtiri Porziuncola, Baħar iċ-Ċagħaq.

    Il‑Ħadd 10 ta’ Marzu, fil-5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi pellegrinaġġ u jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Ħadd in-Nies, Ħaż-Żabbar.

    Il-Ħamis 21 ta’ Marzu, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa b’sufraġju
    tal-Arċisqof Ġużeppi Mercieca fl-għeluq it-tielet sena mill-mewt tiegħu.

    L‑Erbgħa 27 ta’ Marzu, fis-7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof ibierek u jmexxi l-Via Sagra l-ġdida fil-Knisja Parrokkjali tal-Iklin.

    Il-Ġimgħa 29 ta’ Marzu, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi pellegrinaġġ u jiċċelebra Quddiesa bl‑istatwa devota ta’ Ġesù Redentur, fil‑Bażilika tal‑Isla.

    Il-Ħadd 31 ta’ Marzu, fil-11:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑ftuħ tal‑proċess Djoċesan għall‑kawża ta’ beatifikazzjoni ta’ Bro Louis Camilleri FSC, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.