• L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Charlon Muscat bħala kappillan tal‑parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara.

      Dun Charlon Muscat twieled fil‑30 ta’ April 1985 u trabba l‑Mosta fejn irċieva l‑edukazzjoni fl‑iskola primarja fil‑Mosta. Huwa kiseb l‑edukazzjoni sekondarja fl-iskola Vincenzo Bugeja, Birkirkara, u kompla l‑istudji terzjarji fil‑Fakultà tat‑Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl‑Università ta’ Malta. Ġie ordnat saċerdot fit‑3 ta’ Lulju 2013.

      Dun Charlon beda l‑ħidma pastorali tiegħu fl‑2013 fil‑parroċċa  tal‑Familja Mqaddsa, l‑Iklin, u fl‑2014 inħatar Direttur tal‑Vokazzjonijiet Djoċesani. Serva wkoll bħala direttur spiritwali fl‑iskola tas‑Seminarju Minuri u kien joffri servizz pastorali fil‑parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s‑Sema, Ħad Dingli.

      Il‑parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem tiġbor fiha madwar  5,800 persuna f’1,675 familja.