• L-Arċisqof Charles J. Scicluna jitlob fuq il-qabar ta’ 24 persuna li jinsabu midfuna fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata wara li tilfu ħajjithom f’traġedja li seħħet fil-Baħar Mediterran fid-19 ta’ April 2015. Dakinhar mietu madwar 800 persuna fosthom tfal.

    Għal dan il-mument ta’ talb li sar ilbierah filgħodu attendew rappreżentanti ta’ għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu favur id-drittijiet tal-bniedem. Huma sellmu wkoll lil persuni kollha li fit-tfittxija għal ħajja aħjar qed imutu fil-Mediterran, li fi kliem il-Papa Frangisku hu ċimiterju ta’ migranti.